Ingredjenti
250g bucatini
400g polpa tat-tadam
2 mgħaref u nofs żebbuġ iswed bil-għadma. Dan għandu togħma aktar tajba minn dak li tixtri mingħajr għadma.
ftit kappar. Jekk il-kappar ikun fil-ħall trid tqattru ħafa biex tneħħi l-ħall.
sinna tewm
basla mdaqqsa mqatta rqiq. Jekk trid tista tagħmel kurrat.
żejt taż-żebbuġa extra-virgin
frak tal-ħobż – breadcrumbs
ħabaq
melħ u bżar
ġobon maħkuk
Metodu
- Poġġi ftit żejt ġo taġen kbir u qegħdu fuq in-nar. Meta jisħon żid it-tewm u l-basla. Qalli malajr filwaqt li tħawwad il-ħin kollu. Ma jridux isiru kannella, għax inkella jagħmlu togħma morra.
- Żid il-polpa, il-ħabaq, iż-żebbuġ imqatta, il-kappar u kompli sajjar sakemm iz-zalza ssir.
- Ixgħel il-forn 2000 C, Gass Numru 6.
- Imla borma kbira bl-ilma u poġġiha fuq in-nar. Meta l-ilma jitfaħ jagħli waddab l-għaġin. Ma tridx tħallih isir ħafna, imma trid tneħħih mil-misħun meta jkun għadu pjuttost iebes.
- Meta l-għaġin ikun sar neħħi mil-misħun u qattru tajjeb. Poġġiħ ġo bieqja u miegħu ħawwad nofs iz-zalza, ftit frak tal-ħobż, ġobon maħkuk u bżar. Ħawwad tajjeb.
- Ħu dixx tal-forn. Id-dixx ma jridx ikun għoli. Idlek id-dixx biż-żejt u iksi bil-frak tal-ħobż.
- Qiegħed l-għaġin f’dan id-dixx u fil-wiċċ erġa għamel ftit zalza u ġobon maħkuk u jekk trid ftit bżar.
- Sajjar fil-forn għal madwar 20 minuta.
- Oħroġ mil-forn. Fil-wiċċ ferra ftit żejt u erġa roxx ftit ġobon. Qiegħed taħt il-grill għal madwar 8 – 10 minuti.