Il-laħmijiet li qed jintuża f’din ir-riċetta jridu jkunu mqattgħin irqaq ħafna, tant li l-qatgħat ikunu kważi trasparenti. Dawn tista’ tixtrihom f’pakketti lesti u bb’hekk tkun żgur li se jibqgħu friski sa dakinhar li tkun teħtieġhom. Jekk se tixtrihom maqtugħin minn sid il-ħanut, għandek tixtrihom lejlet l-ikla. Tajjeb ukoll li tuvża lil tal-ħanut dwar kemm se jkollok nies, biex la tixtri anqas u lanqas iżjed. Ftakar li dan mhux il-platt prinċipali tal-ikla u għalhekk m’hemm għalfejn tipprepara kwantità kbira minnu.
Ingredjenti
- perżut ta’ Parma
- salami
- bresaola
- tadam imqadded
- tadam frisk
- żebbuġ
- bżar aħmar u aħdar milli jaħraq…uża biss jekk tiggosta
Metodu
- Irranġa numru ta’ qatgħat mil-laħmijiet fuq platt. Żejjen bit-tadam imqadded kif ukoll frisk, żebbuġ u jekk se tagħmlu bżar aħmar u aħdar milli jaħraq.
- Lesti platt għal kull mistieden li se jkollok