Saltimbocca alla Romana

Ingredjenti

8 qaqgħat tal-vitella
8 qaqgħat tal-perzut
salvja friska
30g butir
żejt taż-żebbuġa
dqiq
tazza nbid abjad
tazza stokk tat-tiġieġ jew tal-vitella
bżar midħun frisk u melħ

Metodu

  • Naddaf il-vitella mill-grass u neħħilha l-ġilda. Trid tipprepara biċċtejn laħam għal kull persuna. Sammar ftit bil-martell.
  • Għamel ftit dqiq fuq platt ċatt jew fuq biċċa karta oljata. Għaddi l-vitella mid-dqiq. Farfar tajjeb.
  • Ġo taġen kbir saħħan il-butir u ftit żejt. Aqli l-vitella malajr miż-żewġ naħat.
  • Meta l-laħam ikun sar neħħi mit-taġen, qattar u qegħdu fuq platt.
  • Fl-istess taġen fejn qlejt il-laħam żid l-istokk u l-inbid. Erġa għamlu fuq in-nar sakemm jiftaħ jagħli. Baxxi n-nar u ħallih itektek għal ftit ħin.
  • Qiegħed il-vitella f’din iz-zalza. Fuq kull biċċa laħam qiegħed il-qatgħat ta;-perżut u FTIT weraq tas-salvja. Ma tridx tagħmel ħafna salvja għaliex din għandha togħma qawwija. Ħalli itektek sakemm iz-zalza tinxtorob xi ftit. Roxx ftit bżar u melħ.
  • Servi sħun bi’ ftit weraq tas-salvja fil-wiċċ.
Shopping Basket