9 ta’ Dicembru – Torta Tat–Tamal u L-Pecan Nuts

Din hija torta li ma tissajjarx; ħlief għal forma ta’ l-għaġina.

Ingredjenti

Forma ta’ l-għaġina baked blind. L-għaġina l-aħjar li tkun frolla (shortcrust)
400g tamal taċ-ċappa
3 grokkijiet Anisette
70g ġewż imqatta biċċiet
qoxra ta’ mandolina
pecan nuts

Metodu

  • Qatta t-tamal f’ biċċiet żgħar u poġġi ġo kazzola.
  • Żid ftit ilma u saħħan għal ftit ħin fuq nar moderat sakemm it-tamal jibda jinħall. Trid toqgħod ħafna attenta li ma tħallix it-tamal idub kollu.
  • Żid il-ġewż, anisette u l-qoxra tal-mandolina.
  • Neħħi minn fuq in-nar u qiegħed ġo bieqja. Ħawwad tajjeb.
  • B’ din it taħlita imla l-forma ta’ l-għaġina. Kemm tista illixxa l-wiċċ.
  • Żejjen ix-xifer bil-pecan nuts.
Shopping Basket