Patè tal-Fwied tat-Tiġieġ

Ingredjenti

400g fwied tat-tiġieġ
200g kurrat
strixxi tal-bejken
100g bejken imqatta’ fi slices irqaq
50g marġerina
4 bajdiet iebsin
2 grokkijiet sherry
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Naddaf tajjeb il-kurrat u qattgħu f’biċċiet żgħar. Poġġih ġo skutella żgħira.
  • Ixgħel il-forn 2200C, gass numru 7.
  • Dewweb il-marġerina ġo taġen u qalli l-kurrat. Ħawwad il-ħin kollu u ara li dan ma jiskurax.
  • Żid il-fwied u kompli sajjar sakemm tara li dan ikun sar minn barra. Ibqa’ ħawwad il-ħin kollu. Roxx fit bżar mitħun frisk u melħ. Żid is-sherry u ħawwad tajjeb.
  • Qiegħed it-taħlita ġo dixx tal-forn u kompli sajjar fil-forn għal madwar 20 minuta. Meta l-fwied ikun sar, neħħih mid-dixx u ħalli t-taħlita tiksaħ.
  • Ara jekk hemmx bżonn li żżid ftit aktar bżar u melħ. Poġġi l-fwied u l-bajd ġo food processor u itħan sakemm ikollok taħlita kremuża.
  • Saħħan taġen u qalli l-bejken imqatta’ rqiq għal ftit ħin.
  • Iksi forma tawwalija tal-forn (loaf tin) bl-istretch and seal. Ħalli biżżejjed mal-ġnub biex tkun tista’ tgħatti l-forma. Fuq l-istretch and seal qiegħed l-istrixxi tal-bejken b’mod li tħalli madwar 2.5cm imdendlin mal-ġnub.
  • Ħallat il-bejken imqatta’ mal-fwied u imla l-forma b’din it-taħlita. Int u timla, dejjem agħfas ’l isfel. Għatti l-wiċċ bil-bejken imdendel mal-ġnub. Għatti kollox bl-istretch and seal żejda. Qiegħed fil-friġġ għal mhux anqas minn jumejn qabel isservih.
  • Servi dan il-patè maqtugħ fi slices kesħin mal-ħobż mixwi.
Shopping Basket