Ingredjenti
2 brunġiliet
ftit zalza tat-tadam
biċċa ġobon sħiħa
ġobon maħkuk… l-aħjar li tuża Grana Padano jew Parmiġjan
ħabaq
bżar mitħun frisk u melħ
Metodu
- Aħsel il-brunġiel u qattgħu fi slices ftit ħoxnin. Poġġihom fuq platt kbir, roxx ftit melħ fuqhom u ħallihom joqogħdu għal ftit ħin.
- Saħħan tajjeb il-grilja u fuqha ixwi s-slices tal-brunġiel miż-żewġ naħat.
- Ixgħel il-forn 2000C, gass numru 6.
- Agħmel ftit zalza fil-qiegħ ta’ dixx tal-forn. Fuqha agħmel saff brunġiel u erġa’ ferra’ ftit zalza. Roxx ftit ġobon maħkuk u ftit bżar mitħun frisk u melħ.
- Irrepeti l-proċess sakemm ikollok tliet saffi. Spiċċa biz-zalza tat-tadam u ftit shaves tal-ġobon.
- Sajjar għal FTIT ĦIN fil-forn, sakemm idub il-ġobon.
- Qabel isserviha, erġa’ ferrex ftit shaves tal-ġobon fil-wiċċ u żejjen bil-weraq tal-ħabaq.