Kif Tiftaħ l-Għaġina

Wara li jkun għadda żmien ta’ mhux anqas minn siegħa, tista’ anke tkun minn ta’ jiem qabel, ibda lesti biex tiftaħ l-għaġina. Ara x’ dixx se tuża jekk se tagħmel torta jew inkella cutters jekk se tagħmel affarijiet oħra.

Aqta biċċa għaġina li taħseb li se jkollok bżonn għar-riċetta li tkun se tagħmel. Ħaddem ftit b’ idejk biex tirtab u għamel forma ta’ ballun. Roxx ftit dqiq fuq il-mejda. Trid tagħmel ħafna attenzjoni biex ma tagħmilx ħafna. Dan għaliex inkella l-għaġina tiġi iebsa. Poġġi l-għaġina fin-nofs u għafas b’ idejk l-isfel Roxx ftit dqiq fuq l-għaġina u bil-lembuba ibda iftaħ. Importanti li meta tkun qed tiftaħ trid dejjem iċċaqlaq l-għaġina biex din ma teħilx la mal-mejda u lanqas mal-lembuba.

L-għaġina m’ għandix tkun ħoxna ħafna imma lanqas irqiqa. Trid tiftaħ biżżejjed kemm ikollok bżonn. Idlek id-dixx li tkun se tuża. Dawwar l-għaġina fuq il-lembuba u ifrex fuq il-forma Jekk se tagħmel affarijiet żgħar allura aqta bil-forom.

Iġbor flimkien l-għaġina żejda li jkun fadallek. Kemm tista neħħi d-dqiq zejjed li jkun hemm fuq l-għaġina. Dan biex ma tixxutax u tibbies. Dawwarhom ma’ għaġina ġdida u erġa uża BISS kemm ikollok bżonn.

Jekk jista jkun trid dejjem tħalli l-għaġina mgħottija b’xi sarvetta umda sabiex ma tinxifx.

Shopping Basket