Imqarrun fil-Forn

Ingredjenti

500g imqarrun
500ml polpa tat-tadam
350g ikkapuljat. Tista tuża ċanga jew majjal jew taħlita tat-tnejn.
75g fwied tat-tiġieġ
50g kunserva
4 bajdiet
ħalib
200g ġobon maħkuk
bżar midħun frisk u melħ
sinna tewm

Metodu

  • Qaxxar u qatta’ t-tewma. Qalli fi ftit żejt taż-żebbuġa. Żid l-ikkapuljat u biċċiet żgħar tal-fwied. Qalli sewwa sakemm dawn isiru sewwa.
  • Żid il-kunserva, kompli ħawwad u sajjar fuq nar baxx għal madwar 5 minuti.
  • Żid il-polpa u kompli sajjar fuq nar baxx għal 40 minuta.
  • Ixgħel il-forn 1800C, Gass Numru 4.
  • Għalli, kessaħ u saffi l-għaġin. Ħallat maz-zalza tal-laħam.
  • Żid 3 bajdiet, ftit ħalib, nofs il-ġobon, bżar u melħ. Ħawwad sewwa.
  • Idlek forma bi ftit żejt u qiegħed l-għaġin ġo fiha. Ħabbat il-bajda li fadallek u ferra’ fil-wiċċ. Roxx il-bqija tal-ġobon.
  • Sajjar fil-forn għal madwar 50 minuta. Ħalli l-imqarrun joqgħod għal ftit ħin qabel ma sservih.
Shopping Basket