Imqarrun bil-Ġobon

Ingredjenti

450g imqarrun
50g butir
litru zalza béchamel
3 kuċċarini mustarda
150g ġobon Cheddar maħkuk. Tista’ tuża l-ġobon li tiggosta
kuċċarina ħwawar friski li tiggosta
noċemuskata maħkuka
melħ u bżar midħun frisk

Metodu

  • Għalli l-imqarrun u meta jkun sar neħħih mill-misħun u qattru tajjeb.
  • Sakemm l-għaġin ikun qiegħed isir, fuq nar bati, u f’ kazzola kbira saħħan iz-zalza béchamel. Meta tibda tisħon żid il-mustarda flimkien ma’ kuċċarina ħwawar friski li tiggosta, noċemuskata maħkuka kif ukoll melħ u bżar midħun frisk. Ħawwad tajjeb.
  • Neħħi minn fuq in-nar u żid il-ġobon u kompli ħawwad. Trid tħalli ftit ġobon għal wiċċ.
  • Flimkien mat-taħlita taz- zalza béchamel, żid l-imqarrun u ħawwad sew.
  • Idlek dixx tal-forn bil-butir u imlih bl-imqarrun. Fil-wiċċ ferrex il-ġobon maħkuk li jkun baqa kif ukoll fit noċemuskata maħkuka u melħ u bżar midħun frisk.
  • Poġġi l-imqarrun taħt il-grill għal ftit minuti sakemm jibda jieħu ftit kulur.
  • Dan id-dixx hu tajjeb sew sħun kif ukoll kiesaħ.
Shopping Basket