Ingredjenti
4 biċċiet fenek
300g basal
120g taħlita ta’ żebbuġ iswed u aħdar
2 tazzi nbid abjad
½ tazza vermut
klin frisk
weraq tar-rand
żejt taż-żebbuġa
bżar mitħun frisk u melħ
Metodu
- Ixgħel il-forn 2200C, gass numru 7.
- Roxx il-bżar u melħ fuq il-biċċiet tal-fenek. Idlek kull biċċa biż-żejt u poġġihom f’dixx tal-forn. Qiegħed fil-forn sakemm jiħmaru.
- Neħħi mill-forn u qiegħed ġo casserole.
- Baxxi l-forn 1800C, gass numru 4.
- Qaxxar il-basal u t-tewm u qattagħhom f’biċċiet żgħar.
- Saħħan ftit żejt ġo taġen u qalli l-basal u t-tewm sakemm jieħdu kulur dehbi.
- Baxxi n-nar u żid iż-żebbug, l-inbid, il-vermut u tazza ilma. Erġa’ roxx ftit bżar u melħ jekk ikun hemm bżonn u ħawwad tajjeb.
- Sajjar sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Neħħi t-taħlita minn fuq in-nar u ferrixha fuq il-biċċiet tal-fenek. Żid il-weraq tar-rand u l-klin.
- Sajjar fil-forn għal madwar 90 minuta. Servi mill-ewwel.