Coppa Veneziana

Ingredjenti

½l krema friska jew UHT
120g zokkor
80g lewż inkaljat imqatta’ f’biċċiet kbar
60g zokkor
3 tuffiħat
grokk amaretto
mgħarfa mdaqqsa cornflour
mgħarfa butir
imsiemer tal-qronfol mitħunin

Metodu

  • Qaxxar u qatta’ t-tuffieħ f’biċċiet żgħar ħafna u poġġihom ġo kazzola. Magħhom żid tazza ilma, is-60g zokkor u ponta ta’ kuċċarina msiemer tal-qronfol mitħunin.
  • Poġġi fuq nar moderat sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli. Baxxi ftit in-nar u kompli sajjar għal 8 minuti.
  • Dewweb il-conflour fi ftit ilma u żidu fuq it-tuffieħ. Ħawwad mingħajr ma tgħaffeġ.
  • Qassam din it-taħlita fil-qiegħ ta’ tazzi li jkollhom is-sieq, dejjem jekk għandek. Ħalli t-taħlita tiksaħ sew u poġġi t-tazzi fil-friġġ.
  • Qiegħed il-krema ġo skutella u ħaddimha tajjeb.
  • Dewweb il-butir ġo kazzola. Żid iz-zokkor u kompli sajjar sakemm it-taħlita tieħu kulur dehbi skur. Żid mgħarfa ilma, ħawwad tajjeb u neħħi minn fuq in-nar.
  • Neħħi daqs kwart mill-krema u poġġiha ġo skutella żgħira.
  • Żid l-amaretto mal-bqija tal-krema u ħawwad tajjeb. Neħħi t-tazzi mill-friġġ u ferra’ l-krema fuq it-tuffieħ.
  • Żid il-krema li tkun ħallejt mat-taħlita ta’ butir u zokkor. Erġa’ saħħan għal ftit sekondi jekk din tkun ibbieset. Ħawwad tajjeb.
  • Ferra’ din it-taħlita fuq il-krema u żejjen bil-lewż inkaljat.

Servi fietla.

Shopping Basket