Bergers Żgħar

Minbarra li huma ikla ta’ malajr li tissodisfak, dawn il-bergers huma popolari ħafna għal waqt il-festini, speċjalment dawk għat-tfal.

Ingredjenti

panini żgħar
500g kapuljat taċ-ċanga
4 slajsis ħobż tat-toast
8 slajsis bejken
4 slajsis ġobon
ħass
tadam
mayonnaise
ketchup
taħlita ta’ ħwawar tal-gosti tiegħek
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Minħabba li l-laħam irid ikun mitħun irqiq ħafna, għaddih għal mhux anqas minn3 darbiet mill-magna tal-kapuljat jew itħnu sew fil-food processor.
  • Xarrab is-slajsis tal-ħobż bi ftit ilma wara li tneħħilhom il-qoxra. Agħfas il-ħobż tajjeb biex tneħħi kemm tista’ mill-ilma minnu u żidu mal-laħam. Roxx ftit bżar mitħun frisk, melħ u ħwawar li tiggosta u ħawwad tajjeb.
  • Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.
  • Aqsam it-taħlita fi blalen żgħar ta’ madwar 60g kull wieħed. Ħaddem tajjeb kull ballun bejn idejk u agħtih forma ta’ berger. Jekk għandek magna apposta, aħjar tuża lilha.
  • Poġġi l-bergers lesti ġo dixx tal-forn. Żid ftit ilma u sajjar fil-forn. Tista’ tgħatti d-dixx bil-fojl. Importanti li l-bergers isiru bla ma jixxuttaw.
  • Ixwi l-bejken sakemm il-bergers ikunu fil-forn.

Aqsam il-panini min-nofs. Idlek kull waħda bi ftit mayonnaise jew ketchup u qiegħed biċċa ħassa, berger, slajsis tat-tadam u slajs ġobon fiha.

Shopping Basket