Ingredjenti
4 ixkla tal-ħaruf
200g basal
200g karrotti
25g kunserva
4 werqiet tar-rand
2 tazzi nbid aħmar
tewm… skont kemm tiggosta
żejt taż-żebbuġa
ftit ilma
klin
bżar sħiħ u melħ
Metodu
- Ixgħel il-forn 1900C, gass numru 5.
- Naddaf l-ixkla, poġġihom fuq dixx tal-forn u roxx ftit klin fuqhom.
- Sajjar fil-forn sakemm jieħdu kulur ħamrani.
- Qaxxar il-basal u t-tewm u qattagħhom f’biċċiet żgħar. Naddaf il-karrotti u qattagħhom ukoll f’biċċiet żgħar.
- Saħħan ftit żejt ġo taġen u qalli l-basal u t-tewm għal ftit minuti. Ħawwad il-ħin kollu. Baxxi n-nar, żid il-karrotti u ftit klin ieħor u kompli sajjar għal ftit minuti oħra. Żid il-kunserva, l-inbid u ftit ilma. Roxx ftit bżar u ħawwad tajjeb. Kompli sajjar għal madwar 5 minuti. Żid ir-rand u ara jekk ikunx hemm bżonn li żżid ftit melħ.
- Neħħi l-ixkla mid-dixx, poġġihom ġo casserole li jkollha l-għatu u ferra’ z-zalza lesta fuqhom.
- Sajjar fil-forn għal madwar 90 minuta. Żid ftit ilma fietel jekk tinnota li l-likwidu jkun qed jonqos waqt is-sajran.