Salamun bil-Brokkli u Ġobon

Ingredjenti

500g brokkli
400g salamun
200g basal
200g karrotti
200g tadam, imqatta’ f’biċċiet imdaqqsin
200g ġobon Gruyère jew Gouda, maħkuk
25g butir
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.
  • Qaxxar il-basal u qattgħu f’biċċiet żgħar.
  • Aħsel il-brokkli u agħtihom fawra. Wara qattagħhom f’biċċiet żgħar.
  • Qaxxar il-karrotti u qattagħhom f’biċċiet żgħar.
  • Naddaf is-salamun, neħħilu l-qoxra u qattgħu f’biċċiet żgħar.
  • Dewweb il-butir ġo taġen kbir u fond u qalli l-basal flimkien mal-karrotti. Ħawwad il-ħin kollu u, meta tara li se jibdew jieħdu l-kulur, baxxi n-nar u żid is-salamun u l-brokkli.
  • Kompli sajjar fuq nar baxx.
  • Neħħi t-taġen minn fuq in-nar u żid it-tadam u nofs il-ġobon. Roxx ftit bżar u melħ u ħawwad tajjeb.
  • Qiegħed din it-taħlita ġo dixx taċ-ċaqquf. Roxx il-bqija tal-ġobon fil-wiċċ.
  • Aħmi għal madwar 20-25 minuta.
Shopping Basket