Ingredjenti
4 ribeyes
Għall-Marinat
mgħarfa mustarda Ingliża
2 mgħaref għasel
½ tazza nbid
Worcestershire sauce
klin
bżar mitħun frisk u melħ
Metodu
- Qiegħed l-ingredjenti kollha tal-marinat ġo dixx li jkollu l-għatu. Ħawwad tajjeb l-ingredjenti flimkien.
- Naddaf il-laħam u roxx ftit bżar u melħ fuq iż-żewġ naħat tiegħu. Qiegħed kull biċċa laħam fil-marinat, għatti d-dixx u ħalli għal madwar 45 minuta. Ħawwad kull tant ħin.
- Sadanittant, saħħan tajjeb taġen non-stick jew grilja. Ixwi l-laħam miż-żewġ naħat. Issajjarx iżżejjed inkella l-laħam jinxef u jibbies. Jekk trid tista’ ssajru fuq il-barbikju.
- Servi mill-ewwel flimkien ma’ patata mgħollija jew insalata tal-gosti tiegħek. Jekk trid tista’ sservi z-zalza tal-faqqiegħ miegħu (ara r-riċetta ’Flett biz-Zalza tal-Faqqiegħ’).
Nota: Kemm ir-ribeye kif ukoll il-flett taċ-ċanga ma jridux wisq sajran. Inkella dawn jibbiesu ħafna. Hawn min jgħid li l-laħam tar-ribeye hu xaħmi; it-tisjir isir skont il-gosti u f’dan il-każ hu proprju x-xaħam li jżomm il-laħam artab.