Ingredjenti
600g kapuljat taċ-ċanga
600g kapuljat tal-majjal
80g ġobon maħkuk… l-aħjar li tuża Grana Padano
4 bajdiet
3 bajdiet iebsin
tursin imqatta’ rqiq (jekk trid)
bżar mitħun frisk u melħ
Metodu
- Ixgħel il-forn 1900C, gass numru 5.
- Qiegħed il-kapuljat ġo skutella kbira. Roxx ftit bżar u melħ u ħawwad tajjeb sakemm it-taħlita tiġi ħaġa waħda.
- Żid il-ġobon u l-bajd. Jekk se tagħmel it-tursin, żidu issa. Ħawwad tajjeb.
- Iksi loaf tin bl-istretch and seal. Ħalli ftit minnha mdendla mal-ġnub tal-forma.
- Imla nofs il-forma bit-taħlita tal-laħam. Fin-nofs agħmel il-bajd iebes, waħda wara l-oħra.
- Iksi bil-bqija tal-laħam. Illixxa tajjeb il-wiċċ u għatti bl-istretch and seal.
- Qiegħed dixx mimli bl-ilma fil-qiegħ tal-forn.
- Aħmi l-puplettun għal madwar 80-90 minuta. Jekk trid li l-wiċċ jiħmar, neħħi l-istretch and seal fl-aħħar kwarta.
- Oħroġ mill-forn u ħalli l-pulpettun jiksaħ sew qabel tneħħih mill-forma.
- Dan id-dixx hu tajjeb kemm sħun kif ukoll kiesaħ. Servi ma’ xi ħaxix tal-gosti tiegħek jew sħun bil-gravy.