Ingredjenti
600g għaġina tal-pizza
perżut… l-aħjar li tuża gammon billi jtiegħem aħjar
bajda iebsa
faqqiegħ
mozzarella
ftit żejt
ġulġlien
Metodu
- Lesti l-għaġina.
- Ixgħel il-forn 2200C, gass numru 7.
- Qatta’ l-perżut fit-tul u poġġih ġo skutella. Ħokk il-mozzarella f’biċċiet kbar. Qatta’ l-bajda iebsa f’biċċiet. Naddaf il-faqqiegħ u qattgħu f’biċċiet imdaqqsin. Żid kollox mal-perżut u ħawwad mingħajr ma tfarrak l-ingredjenti.
- Iftaħ l-għaġina fit-tond u mhux fil-kobor u poġġiha fuq dixx tal-forn midluk bi ftit żejt.
- Qiegħed ftit mit-taħlita fuq naħa WAĦDA BISS tal-għaġina. Idlek ix-xifer tal-għaġina bl-ilma u ilwih fuq il-mili biex l-għaġina tieħu forma ta’ nofs qamar.
- Agħfas tajjeb ix-xfar flimkien biex il-mili ma joħroġx waqt is-sajran.
- Taqqab il-wiċċ b’furketta u idilku biż-żejt. Jekk trid roxx ftit ġulġlien fuqu.
- Aħmi għal madwar 20-25 minuta.
NOTA: Tista’ timla l-calzone bl-ingredjenti tal-gosti tiegħek: irkotta, spinaċi, tiġieġ, żebbuġ, basal, inċova, tonn taż-żejt, tewm eċċ. Importanti li dejjem tagħmel il-mozzarella.