Kejk tal-Lumi

Nota: Dan huwa kejk tajjeb għal dawk li għandhom id-dijabete. Iżda dejjem iridu jieħdu l-parir tat-tabib.

Ingredjenti

225g dqiq self raising
225g zokkor għad-dijabetiċi…..irid ikun trab
200g jogurt tal-lumi jew tal-vanilja light
125ml żejt tas-sunflower
qoxra maħkuka ta’ 2 lumijiet
2 bajdiet kbar
mgħarfa ħalib
½ kuċċarina baking powder

Metodu

  • Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.
  • Iksi forma tal-kejk ta’ 22ċm b’żewġ saffi ta’ karta tal-forn umda. Jekk trid tista’ tidlikha bi ftit marġerina u tgħaddiha ħafif bid-dqiq.
  • Għarbel id-dqiq flimkien mal-baking powder ġo skutella kbira. Żid iz-zokkor u l-qxur tal-lumi. Ħawwad tajjeb.
  • Ferra’ ż-żejt flimkien mal-ħalib, bajd u jogurt ġo sktuella oħra u ħawwad tajjeb.
  • Żid din it-taħlita mat-taħlita tad-dqiq u ħawwad tajjeb.
  • Ferra t-taħlita fil-forma u illixxa l-wiċċ.
  • Aħmi għal madwar 50-60 minuta.
  • Ħalli l-kejk jiksaħ għal ftit minuti fil-forma u wara poġġih fuq xibka tal-ħadid biex jiksaħ għal kollox.
  • Ma tridx taqsmu meta jkun għadu fietel.
Shopping Basket