Insalata bil-Gambli

Il-ħaxix użat f’din ir-riċetta jista’ jitqatta’ b’sikkina jew b’apparat apposta li jagħmel parti mill-food processor tiegħek.

Ingredjenti

200g gambli
4 mgħaref żejt taż-żebbuġa
2 mgħaref ħall abjad
meraq ta’ larinġa
ġidra
karrotti
bżar aħdar
ħjara
żebbuġ iswed bl-għadma
ġulġlien
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Aħsel u qaxxar il-ġidra, il-karrotti u l-ħjara. Qattagħhom fi strixxi rqaq u twal, qishom sulfarini twal.
  • Naddaf il-bżar aħdar u qattgħu wkoll fi strixxi rqaq u twal.
  • Naddaf iż-żebbuġ mill-għadma u qattgħu f’biċċiet.
  • Jekk se tuża gambli friski, waddabhom fil-misħun għal FTIT sekondi, tellagħhom u qaxxarhom. Jekk se tuża tal-friża, imxi eżatt mal-istruzzjonijiet miktubin fuq il-pakkett.
  • Ferra’ l-ħall flimkien mal-meraq tal-larinġa ġo skutella żgħira. Roxx ftit bżar u melħ u ħawwad tajjeb.
  • Qiegħed il-ħaxix imqatta’ ġo dixx u ferra’ t-taħlita tal-ħall u larinġ fuqu. Qiegħed il-gambli flimkien maż-żebbuġ fil-wiċċ.
  • Roxx ftit ġulġlien jekk tiggosta.
Shopping Basket