Flett taċ-Ċanga bil-Faqqiegħ

Ingredjenti

4 biċċiet flett taċ-ċanga
300g faqqiegħ
26g butir
2 grokkijiet brandy
mgħarfa trab tal-gravy
Worchestershire sauce
bżar mitħun frisk u melħ

Metodu

  • Neħħi x-xaħam kollu li jista’ jkun hemm mal-laħam u qaxxar il-ġilda. Roxx ftit bżar u melħ fuq iż-żewġ naħat tal-laħam.
  • Ferra’ l-brandy ġo dixx fond u żid il-Worchestershire sauce miegħu. Ħawwad l-ingredjenti tajjeb flimkien.
  • Qiegħed il-laħam ġo dan il-marinat għal 10 minuti. Dawwar il-laħam wara 5 minuti biex jixrob sew il-marinat miż-żewġ naħat. Erfa’ dan il-marinat.
  • Ixgħel il-forn 1800C, gass numru 4.
  • Saħħan tajjeb taġen kbir u dewweb nofs il-butir ġo fih. Sajjar il-laħam għal madwar 5 minuti minn kull naħa. Minflok tista’ tixwi l-laħam fuq gradilja msaħħna tajjeb.
  • Qiegħed il-laħam ġo dixx u kompli sajru fil-forn għal 10 minuti oħra.
  • Dewweb it-trab tal-gravy f’tazza ilma jagħli. It-trab irid jinħall kollu għalhekk ħawwad tajjeb. Inkella poġġih għal ftit ħin fuq nar moderat.
  • Aħsel u naddaf tajjeb il-faqqiegħ. Jekk tista’ sib faqqiegħ li jkun żgħir biex tkun tista’ tħallih sħiħ. Dan jagħti dehra isbaħ lill-platt. Jekk ikun kbir, qattgħu f’biċċiet imdaqqsin.
  • Dewweb il-bqija tal-butir ġo taġen nadif u qalli l-faqqiegħ. Ħawwad ta’ spiss. Żid il-marinat tal-brandy. Baxxi ftit in-nar u sajjar għal 3 minuti. Żid il-gravy u kompli sajjar għal madwar 4 minuti sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.
  • Oħroġ il-laħam mill-forn u servih b’dan il-gravy fuqu.

Nota: Il-laħam qatt m’għandu jissajjar iżżejjed. Barra minn hekk, waqt is-sajran, qatt m’għandek tagħfsu għax joħroġ il-meraq kollu.

Shopping Basket