Ingredjenti
600g tonn
200g brokkli
150g basal abjad
mgharfa ghasel
meraq ta’ lumija
zejt taz-zebbuga
ftit inbid
bzar u melh
Metodu
- Hallat flimkien l-inbid,l-ghasel, il-meraq tal-lumija u ftit zejt taz- zebbuga, bzar u melh go recipjent. Qieghed it-tonn f’dan il-marinat ghal ftit hin.
- Aqsam il-brokkli fi fjuretti zghar,ahsilom sew u poggihom f’borma bl-ilma.
- Qaxxar il-basla u qattagha fi slajsis. Zidhom fuq il-fjuretti tal-brokkli.
- Isajjaromx izejjed. Igbor il-haxix mgholli mill-ilma u zommu fis-shana.
- Sahhan sew grilja u ixwi t-tonn miz-zewg nahat. Issajrux izejjed.
- Servi shun flimkien mal-fjuretti tal-brokkli u s-slajsis tal-basal mghollijin.