KIF TUŻA S-SIT TISJIR.COM
Kif tfittex riċetta
Biex tfittex riċetta, tista’ tagħmel dan faċilment billi tuża s-search engine tal-Facebook. Tista’ tfittex ukoll fil-lista ta’ sezzjonijiet bir-riċetti ġewwa s-sit tisjir.com. Qabel tibda tipprepara u ssajjar aqra u ifhem ir-riċetta sewwa. Ara li jkollok l-ingredjenti u l-għodda kollha li għandek bżonn.
Jekk tixtieq xi riċetta li ma tkunx sibt, ibgħat messaġġ mill-Facebook għal aktar għajnuna. Aħna dejjem nippruvaw naqdu lil kulħadd b’riċetti ġodda u mill-aktar interessanti.
Għal kemm nies huma r-riċetti
Il-maġġoranza tar-riċetti huma għal 4-5 persuni. Però dawk tal-ħelu, l-aktar il-kejkijiet, trifles, cheesecakes u gateaux normalment iservu għal aktar nies.
Ammonti ta’ ingredjenti
L-ammont ta’ ingredjenti f’kull riċetta huwa stabbilit skont l-ammont ta’ ikel li suppost tiekol kull persuna. Huwa importanti li żżomm ma’ dawn l-ammonti ħalli ma niklux iżżejjed. Fittex it-tabella Ammonti ta’ Ingredjenti għal aktar tagħrif.
Filmati
Fis-sit hemm diversi filmati interessanti. Dawn issibuhom taħt is-sezzjoni videos jew inkella fil-YouTube channel ANTON B. DOUGALL CHANNEL
Korsijiet online
Matul is-sena il-Klabb tat-Tisjir jorganizza diversi korsijiet online. Il-ħlas għall-korsijiet kollha qed inħalluh żgħir kemm jista’ jkun, u jintuża biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-ikel u l-istaff.
Biex tara x’korsijiet ikunu qed isiru fil-mument idħol fis-sit tisjir.com u mur fit-taqsima shop. Il-korsijiet, barra dawk staġjonali, normalment isiru online u jdumu 6 xhur.
Kif tħallas għall-korsijiet
Fuq is-sit www.tisjir.com, agħżel il-kors tiegħek u tista’ tħallas bil-Paypal, credit card jew Revolut.
Il-link għall-filmati tal-kors
Wara li nirċievu l-ħlas is-sitema tibgħatlek notifika u tintbagħtlek link biex tkun tista’ tara l-filmati tal-kors. Jekk ma tirċevix il-link mill-ewwel, stenna ftit, u mbagħad informa lill-amminstrazzjoni b’messaġġ. Dejjem żomm l-irċevuta ħalli jekk tkun fil-lista nagħtuk aċċess għall-filmati tal-kors.
MHUX permessibbli li inti tgħaddi l-link lil xi persuna oħra. Is-sistema ma tħallikx u jekk l-amministrazzjoni tinduna, tista’ tikkanċella l-link tiegħek.
Komunikazzjoni
Jiddispjaċina li mhuwiex possibbli nirrispondu t-telefonati tiegħek. Jekk trid tikkomunika magħna tista’ tibgħat email fuq anton@astoria.mt jew messaġġ fuq Facebook.
Flooding tas-sit tagħna
Is-sit tagħna huwa attiv ħafna u fih jitpoġġew ħafna riċetti u ritratti l-ħin kollu. Jekk jogħġobkom ma nixtiqux li tpoġġu ritratti jew ringrazzjamenti b’ritratti kbar għax dawn jistgħu joħolqulna problema ta’ spazju u r-riċetti li npoġġu aħna jinżlu ’l isfel ħafna.
Xiri ta’ kotba
Fit-taqsima shop hemm numru ta’ kotba popolari miktubin minn Anton B. Dougall għall-bejgħ. Jekk tixtieq tixtri xi ktieb agħżel il-ktieb u ħallas mis-sit stess. Dan jintbagħat bil-posta jew jinġieb min-nies tagħna wara l-bieb.
Aħna nagħmlu minn kollox biex il-ktieb jinġieb id-dar mingħajr ħlas imma dan mhux dejjem possibbli, speċjalment f’indirizzi f’Għawdex.
Ir-riċetti tiegħek
Aktar ’il quddiem fis-sit elettroniku tagħna se jkollna sezzjoni fejn inkunu nistgħu npoġġu r-riċetti u r-ritratti tagħkom. Dawn ikunu jridu jintbagħtu permezz ta’ email lil anton@astoria.mt
Like u Share
Nieħdu pjaċir bil-LIKES u aktar u aktar bix-SHARES. Dawn huma ferm importanti għalina biex inżommu s-sit popolari, ħaj u attiv. Għalhekk nirrakkomandaw li dejjem tagħmlu LIKE u SHARE ta’ dak li aħna naqsmu magħkom.
Avviżi u regolamenti ġenerali għal-lezzjonijiet prattiċi fit-tisjir
- Il-lezzjonijiet se jsiru kollha fil-laboratorji tal-ikel li jinstabu ġewwa The Food Factory, Bulebel.
- Importanti li l-istudenti kollha jkunu fil-klassi 5 minuti qabel tibda l-lezzjoni.
- L-istudenti jingħataw fardal u file biex fih jitpoġġew ir-riċetti u xi noti. Dawn iridu jġibuhom magħhom kull lezzjoni.
- Il-lezzjonijiet kollha se jsiru minn Anton B. Dougall bil-Malti.
- Importanti li l-istudenti jġibu ruħhom sewwa. F’każ ta’ mġieba ħażina, ninformaw lill-ġenituri u l-istudent jitwaqqaf milli jkompli jattendi.
- L-istudenti jistgħu jġibu magħhom il-mowbajl imma jużahom biss għal materjal marbut mal-lezzjonijiet. Ikunu jistgħu jieħdu ritratti tal-ikel li jipproduċu.
- L-organizzaturi ta’ dan il-kors u l-iskola jżommu d-dritt li jieħdu ritratti tal-lezzjonijiet biex dawn jintużaw għal pubbliċita. Jekk il-ġenituri jixtiequ li uliedhom ma jieħdux sehem f’fotografija huma mitluba jinfurmaw bil-miktub fuq anton@hotmail.com.
- L-istudenti għandhom iġibu magħhom kontenituri li jingħalqu sewwa biex jieħdu l’ikel li jsajru magħhom id-dar. Dawn għandhom ikunu labbelled bl-isem u l-kunjom tal-istudent u mpoġġi f’basket wieħed.
- Jekk xi student jieqaf mill-kors jew jonqos li jattendi xi lezzjonijiet ma jkollu dritt għal l-ebda flus lura.
- L-istudenti huma mitluba u mistennija li jnaddfu l-parti fejn jaħdmu u l-apparat li jużaw bħala parti mit-taħriġ u t-tagħlim. L-art titnaddaf mill-ħaddiema tal-post.