Klabb tat-Tisjir

Krema għal-Mili tal-Flans
Ingredjenti

600ml ħalib

100g zokkor

50g cornflour

2 isfra tal bajd

essenza tal-vanilla

Metodu

1.	F’ kazzola poġġi l-ħalib flimkien maz-zokkor u l-essenza tal-vanilla.  Qiegħed fuq nar moderat.

2.	F’ bieqja poġġi l-isfar tal- bajd u żid ftit ħalib.  Żid il-cornflour u ħawwad tajjeb sakemm din tinħall.

3.	Meta t-taħlita tal-ħalib tibda tagħli, baxxi n-nar u bil-mod ibda żid il-cornflour filwaqt li tħawwad il-ħin kollu.  Triq tagħmel ħafna attenzjoni biex il-krema tiġi lixxa – dik lib l-Ingliż tissejjaħ ‘smooth’.

4.	Poġġi din il-krema ġo l-forma ta’ l-għaġina msajra.  Trid tħalli l-krema tiksaħ għal kollox qabel ma tqiegħed il-frott fil-wiċċ.

NOTA   Jekk trid tagħmel krema taċ-ċikkulata żid 40g trab taċ-ċikkulata -cocoa powder.

Għaġina Ħelwa
L-għaġina ħelwa hija waħda mill aktar għaġejjen importanti fl-arti tat-tisjir.  Hija għaġina bażika li biha nagħmlu ħafna riċetti tal-ħelu.

Huwa mportanti ħafna li tifhem tajjeb ir-riċetta, li tkun se tagħmel u taqra u terġa taqra il-metodu, biex tkun żgur li fhimt kollox.  Dan għaliex huwa mportanti li timxi mar-riċetta u l-metodu għaliex inkella se jkollok ħafna żbalji u żgur li l-għaġina ma tigiex tajba.

Huwa dejjem l-aħjar li l-għaġina tkun friska.  Imma tista tagħmel din sa jumejn qabel.  Tista tiffriża l-għaġina però mportanti li tagħmel tabella fuq il-borża bl-isem ta’ l-għaġina u data li tkun għamiltha. Għaġina li tinżamm għal żmien twil fil-friża timtela bil-kristalli ta’ l-ilma u titlef ukoll il-kulur.

Ingredjenti

480g dqiq plain

300g margarina

120g zokkor

bajda

ftit qoxra tal-lumija maħkuka

Metodu

1.	Ġo skutella għarbel id-dqiq.  Trid tgħarblu għal aktar minn darba.  Int u tgħarbel id-dqiq trid iżżomm il-passatur kemm tista ‘l fuq.  Din biex iddaħħal kemm tista arja, int u tgħarbel.

2.	Żid il-margarine.  Jekk se tuża l-mixer, biex tagħmel l-għaġina; allura trid tuża l-ganċ.  Tista tagħmel din l-għaġina b’ idejk.

3.	Ħaddem sewwa bejn idejk il-margarine u d-dqiq, sakemm it-taħlita tiġi qisha ramel safrani.  Ma tridx tibqa tidher il-margarine.  (ara ritratt 1)

4.	Ġo bieqja żgħira ħallat il-bajda flimkien maz-zokkor u l-lumi.  Ħallat sew.  Żid din it-taħlita ma’ dik tad- dqiq u margarine.  Ħallat sew u għaqqad biex itfforma għaġina.  Hija mportanti ħafna li tħaaddem biss għal ftit minuti.

5.	Jekk tkun qed tuża l-mixer naddaf tajjeb il-ganċ.  Ifforma l-għaġina f’ forma ta’ ballun.  Ma tridx iżżid dqiq.  Poġġi l-għaġina f’ bieqja u għatti tajjeb b’ sarvetta mxarrba.

6.	Jekk qed tagħmel l-għaġina b’idejk; neħħi l-għaġina kollha li jkollok mas-swaba.  Ifforma l-għaġina f’ forma ta’ ballun.  Ma tridx iżżid dqiq.  Poġġi l-għaġina f’ bieqja u għatti tajjeb b’ sarvetta mxarrba.

7.	Trid tħalli l-għaġina toqgħod mil-lanqas għal siegħa.  Jekk it-temp ikun sħun jew inkella jkollok il-kċina sħuna; allura trid tpoġġiha fil-fridge.

Punti Mportanti

DQIQ	Dan irid ikun dejjem plain.  Qatt u qatt ma għandu jintuża dqiq self-raising jew inkella żżid il-baking powder.  L-għaġina trid tiġi qisha gallettini u mhux qisek qegħda tiekol kejk.  Jekk iżżid il-baking powder md-dqiq, ir-riżultat ikun għaġina minfuħa.

MARGARINE	Trid tuża margarine l-istess bħal dik li tintuża għal-kejkijiet.  Dik il-margarine ratba li tinsab fi skutelli ma hijiex tajba biex tagħmel l-għaġina.

MISTRIEĦ	Importanti ħafna li l-għaġina tistrieħ għal ftit ħin wara li tkun ffurmajtha f’ forma ta’ ballun (dough) Jekk ma tagħmilx hekk tibda titfarrak.

IŻŻIDX DQIQ	Meta l-għaġina tkun lesta ġieli ninnutaw li din tkun ratba, u allura nibdew inżidu aktar dqiq.  MA TRIDX IŻŻID XEJN.  Ħalli l-għaġina tistrieħ u meta tiġi biex tużaha, tara kif l-għaġina tkun tajba.  Jekk iżżidu ħafna dqiq l-għaġina tiġi xotta u tinqasam meta tiftaħa.

FIL-FRIDGE	Tista tagħmel l-għaġina u tħalliha fil-fridge minn 2 sa 3 ġranet qabel tużaha.

FRIŻA	Tista tiffriża l-għaġina.  Meta tagħmel hekk trid tpoġġi tabella bl-isem u bid-data, fuq kull borża.  Tħallix l-għaġina għal aktar minn 4 ġimgħat.

Kif Tiftaħ l-Għaġina
Wara li jkun għadda żmien ta’ mhux anqas minn siegħa, tista’ anke tkun minn ta’ jiem qabel, ibda lesti biex tiftaħ l-għaġina.  Ara x’ dixx se tuża jekk se tagħmel torta jew inkella cutters jekk se tagħmel affarijiet oħra.

Aqta biċċa għaġina li taħseb li se jkollok bżonn għar-riċetta li tkun se tagħmel.  Ħaddem ftit b’ idejk biex tirtab u għamel forma ta’ ballun.  Roxx ftit dqiq fuq il-mejda.  Trid tagħmel ħafna attenzjoni biex ma tagħmilx ħafna.  Dan għaliex inkella l-għaġina tiġi iebsa.  Poġġi l-għaġina fin-nofs u għafas b’ idejk l-isfel   Roxx ftit dqiq fuq l-għaġina u bil-lembuba ibda iftaħ.  Importanti li meta tkun qed tiftaħ trid dejjem iċċaqlaq l-għaġina biex din ma teħilx la mal-mejda u lanqas mal-lembuba.

L-għaġina m’ għandix tkun ħoxna ħafna imma lanqas irqiqa.  Trid tiftaħ biżżejjed kemm ikollok bżonn.  Idlek id-dixx li tkun se tuża.  Dawwar l-għaġina fuq il-lembuba u ifrex fuq il-forma Jekk se tagħmel affarijiet żgħar allura aqta bil-forom.

Iġbor flimkien l-għaġina żejda li jkun fadallek.  Kemm tista neħħi d-dqiq zejjed li jkun hemm fuq l-għaġina.  Dan biex ma tixxutax u tibbies.  Dawwarhom ma’ għaġina ġdida u erġa uża BISS kemm ikollok bżonn.

Jekk jista jkun trid dejjem tħalli l-għaġina mgħottija b’xi sarvetta umda sabiex ma tinxifx.

TORTA TAS-SALAMUN
Ingredjenti

400g salamun

100g gambli

200g kurrad

150g karotti

150g brokkoli

150g ful imqaxxar

150g piżelli

50g margarine

50g dqiq

600ml ilma

dada tal-ħut

tewm

ħabaq

lumija

Metodu

1.	Aħsel, qaxxar u qatta l-ħaxix kollu.  Qiegħed il-ħaxix fi bwieqi differenti.  Il-ħut ukoll qattgħu f’biċċiet kwadri.

2.	Ġo taġen kbir saħħan il-margarine.  Qalli l-kurrad u t-tewm.  Ħawwad tajjeb.  Żid il-karotti u kompli sajjar dejjem fuq nar baxx, filwaqt li tkompli tħawwad.

3.	Żid is-salamun u l-qoxra ta’ lumija.  Ħawwad tajjeb u kompli sajjar għal ħames minuti.

4.	Żid id-dqiq, l-ilma, il-ħabaq u d-dada tal-ħut.  Kompli ħawwad sakemm it-taħlita tiftaħ tagħli.

5.	Żid il-brokkoli, il-piżelli u l-ful.  Erġa ħawwad u żid ftit bżar u melħ.

6.	B’din it-taħlita tista tagħmel jew torta kbira jew inkella torti żgħar individwali.  Tista tużaw l-għaġina li tħobbu jew għaġina frolla (shortcrust) jew għaġina sfoll (puff pastry).  Tista wkoll tagħmel il-qiegħ ta’ l-għaġina u l-wiċċ tal-patata maxx.

7.	Idlek il-wiċċ bil-bajd imħabbat u jekk trid tista troxx ftit ġunġlien fil-wiċċ ta’ l-għaġina.

8.	Sajjar fil-forn.

Filo Pastry bil-Ħaxix
Il-Filo Pastry hija l-unika għaġina li ma tistax tagħmilha int.  Din bilfors trid tinxtara lesta u ssibha fil-bank tal-friża tas-supermarkets.

Ingredjenti

Filo pastry

Bżar aħdar

Bżaru aħmar

100g kurrad

60g karrotti

40g basal

cherry tomatoes

50g faqqieħ

Ħabaq

Bżar u melħ

Metodu

Aqta 7 biċċiet tal-għaġina ta’ daqs 16cmx16cm il-waħda.  Triq tagħmel ħafna attenzjoni int u taqbad din l-għaġina għax malajr tinkiser.

Idlek il-folji bil-butir u poġġi folja waħda kontra l-oħra biex tifforma diversi ponot.  L-aħjar biex tidlek hu li ddewweb il-butir u ddellek bil-pinzell.  B’hekk tkun żgur li l-għaġina ma tinkisirx.

Qiegħed kull biċċa ta’ l-għaġina ġo forma tal-forn.  Jekk ma jkollokx forom tal-metall jew ċaqquf tad-daqs li trid, tista tuża tal-foil.

Sajjar ġo forn moderat għal madwar 20 minuta.  Meta jkunu lesti hallihom jiksħu sew qabel ma tneħħihom mill-forma.

Qatta l-ħaxix kollu f’ biċċiet tawwalin.

Ġo taġen kbir saħħan ftit żejt taż-żebbuġa.  Meta jkun saħan sew qalli malajr il-ħaxix.

Żid il-ħabaq.  Roxx ftit bżar u melħ.  Ħawwad tajjeb.

Aħsel it-tadam u żidu sħiħ ma’ din it-taħlita.

Imla l-forom ta’ l-għaġina b’dan il-ħaxix.

Dip tal-Brunġiel
Ingredjenti

Brunġiela

Tewm

Meraq tal-lumi

Żejt taż-żebbuġa

Tursin imqatta rqiq

Żewġ imgħaref youghurt abjad

Metodu

Aqsam il-brunġiela min nofs, fellel u daħħal fil-forn sakemm issir u tirtab.

Meta tkun lesta ħaffer sewwa b’imgharfa u ħalliha tiksaħ sewwa.

Poġġi ġo blender, flimkien mat-tewm, meraq tal-lumi, żejt, bżar u melħ.  Ħaddem sewwa.

Neħħi t-taħlita u qegħda fil-bieqja li tkun se sservi fiha. Żid il-youghurt u roxx it tursin fil wiċċ. Zid ftit tadam imqatt kwadri,zejjen bil kappar

Servi bil-galletti, ħobż mixwi u pitta sħuna.

Tris tal-ħut fil-forn
Tris tfisser tlett affarijiet differenti.  F’dan il-każ tfisser tlett tipi ta’ ħut differenti.  Imma tista tfisser ukoll tlett tipi ta’ laħam jew frott jew ħelu differenti.

Ingredjenti

Salamun

Gambli kbar

Ħuta bajda , bħal aċċola jew ċerna

Tursin

Żejt taż-żebbuġa.  Jekk jista jkun extra virgin.

Melħ u bżar

Lumi

Metodu

Fuq platt kbir qiegħed il-biċċiet tas-salamun u l-ħuta l-bajda.  Il-biċċiet tal-ħut ma jridux ikunu kbar.  Trid tagħmel attenzjoni kbira li ma jkollhomx xewk.

Lesti dixx tal-forn fejn se ssajar il-ħut.

Fil-qiegħ tad-dixx poġġi s-salamun fuqu l-ħuta l-bajda u l-aħħar il-gamblu mqaxxar.  Fil-wiċċ roxx ftit bżar u melħ, meraq tal-lumi u żejt taż-żebbuġa.

Sajjar fil-forn għal madwar 25 minuta.

Servi bil-flieli tal-lumi.

Pizza
KIF TAGĦMEL L-GĦAĠINA

Ingredjenti

235ml ilma fietel

350g dqiq plain

1.25 kuċċarina ħmira

2 imgħaref żejt taż-żebbuġa

kuċċarina melħ

kuċċarina zokkor

Metodu

Ġo bieqja żgħira qiegħed il-ħmira u kuċċarina zokkor.  Ħallat tajjeb.  Ferra l-ilma fietel u ħawwad.  Qiegħed fil ġenb, sakemm it-taħlita tikber u fil-wiċċ ikollha r-ragħwa.

Ġo beiqja kbira għarbel id-dqiq.  Żid il-melħ u ħallat tajjeb.

Mad-dqiq żid it-taħlita tal-ħmira flimkien maż-żejt.  Għaġen sewwa sakemm l-għaġina tiġi lixxa (smooth).  Ifforma l-għaġina f’forma ta’ ballun.  Erġa qiegħed ġo l-iskutella.  Għatti b’ċarruta mxarrba u ħalliha f’post sħun għal madwar sagħtejn jew sakemm tara li t-taħlita telgħet id-doppju.

Ferrex ftit dqiq fuq il-mejda fejn tkun se taħdem l-għaġina.  Ħaddem b’idejk u erġa poggi l-għaġina fl-iskutella sakemm terġa titla.  Erġa għatti b’ċarruta mxarrba u ħalliha f’post sħun.

Din id-darba tinduna kemm l-għaġina tieħu wisq anqas żmien biex terġa titla.  B’hekk l-għaġina ma jkolliex ħafna tomgħa ta’ ħmira.

Jekk se tiffriża l-għaġina poġġiha ġo borża tal-plastic; issikka l-isfel u ffriża għal mhux aktar minn tliet xhur.

KIF TIBDA L-PIZZA

Jekk se tagħmel il-pizza f’forom żgħar u tondi jew pizza magħluqa (calzone) allura aqta biċċet mill-għaġina u fforma fi blalen żgħar.  Tista tagħmel hekk anki qabel ma tiffriża l-għaġina; u b’hekk issibha lesta meta tkun tridha.  Iftaħ b’idejk jew bil-lembuba.

ZALZA

Din għandha tkun zalza tat-tadam komuni.  Iġifieri tadam biss mingħajr xejn miżjud.  Tista tuża passato tal-flixkun.  Ma trid tagħmel ħafna kunserva.

Mozzarella

Importanti li l-mozzarella tkun imqatta biċċiet żgħar ħafna jew irqaq.  Inkella din tieħu ħafna żmien biex iddub.  L-aħjar ħaġa hu li tuża l-imħakka minn-naħa ta’ fejn hi l-iħxen.

Pizza Magħluqa

Tista tagħmel din it-tip ta’ pizza, dik li t-Taljani jgħidulha Calzone.  Din hija tajba ħafna u tista tuża l-imaġinazzjoni u l-l-gosti tiegħek u tal-familja fl-għażla ta’ l-ingredjenti.  Dawn huma ftit eżempji kif tista timla l-pizza:

Irkotta ,spinaċi u mozzarella.

Mozzarella, perżut u faqqiegħ.

Mozzarella, spinaċi u ħut li trid; bħal lampuki, tonn taż-żejt etc.

Mozzarella, tiġieġ, faqqiegħ, spinaċi u għasel.

Pizza Tradizzjonali

Il-pizza tradizzjonali hija dik ċatta.  Hija ferm diffiċli li meta sajjarha fil-forn tad-dar ikollha l-istess togħma bħal dik li nieklu minn barra.  Dan għaliex biex issajjar il pizza tradizzjonali trid il-qiegħa u mhux pjanċa tal-forn tad-djar.

Veġetarjana

Qarabagħli, brunġiel, sweetcorn, piżelli, basal, zalza u mozzarella.

Quattro formaggi bl-Aruka u Perżut Taljan  (Parma Ham)

4 tipi differenti ta’ ġobon:  Gruyère, Fontina, Mozzarella u Blue Cheese, aruka u slices tal-perżut.

Pizza tan-Nanna

Ingredjenti

400g irkotta

600g patata mqatta rqiqa ħafna  Crisps

120g basal imqatta rqiq

80g qlub tal qaqoċċ

ftit bużbież

slices tat-tadam

sinna tewm

bżar u melħ

zalza

mozzarella

ftit ħalib

riegnu

Metodu

Għamel l-għaġina tal-pizza u iftaħ skont id-daqs li trid.  Poġġiha fuq pjanċa tal-forn.

Ġo bieqja qiegħed l-irkotta u għaffiġha.  Żid magħha ftit ħalib u bżar u melħ.

Qiegħed ftit zalza fuq l-għaġina.

Fuq din iz-zalza għamel it-taħlita ta’ l-irkotta flimkien ma’ ftit mozzarella.

Ġo bieqja kbira poġġi l-patata, il-basal, il-qlub tal-qaqoċċ, bużbież, riegnu u nofs il-mozzarella li jkun baqa.  Ħallat tajjeb.

Qiegħed din it-taħlita fuq l-irkotta.  Żejjen il-wiċċ bil-bqija tal-mozzarella u s-slices tat-tadam.

Sajjar f’forn jahraq.  Jekk trid meta toħroġ mill-forn ferrex ftit żejt taż-żebbuġa.

(Din ir-riċetta tal-pizza hija oriġinali ta’ Anton B. Dougall)

Quiche Lorraine
Ingredjenti

għaġina tat-torti

600ml ħalib

4 bajdiet

bżar u melħ

60g ġobon tat-toqba

60g pancetta jew bacon

Metodu

1.     Idlek dixx tal-flan u iftaħ l-għaġina.

2.     Ġo taġen qalli ftit il-pancetta.  Ferrixha fuq il-qiegħ ta’ l-għaġina.

3.     Fuqha poġġi biċċiet żgħar tal-ġobon.

4.     Ġo bieqja qiegħed il-ħalib u l-bajd, il-bżar u l-melħ.  Ħallat tajjeb flimkien u ferrex din it-taħlita fuq il-ġobon.  It-torta trid tintela b’ din it-taħlita.  Jekk tiggosta fil-wiċċ tista troxx ftit ġunġlien.

5.     Sajjar fil-forn 1800C Gas Numru 4-5 għal madwar 40 minuta.

NOTI

Tista tagħmel tipi ta’ quiches żgħar.

Il- varjazzjonijiet biex timla  l-quiche huma kbar u tista tuża l-imaġinazzjoni tiegħek.  Dawn huma ftit eżempji:

Asparagus

Tadam bil-mustarda

Il-ħaxix kollu huwa tajjeb

Gobnijiet differenti

Avocado

Tonn taż-żejt

Għaġina għat-torti
Ingredjenti

420g dqiq plain

180g margarine

112g ilma

ftit melħ

Metodu

1.     Ġo bieqja għarbel id dqiq.

2.     Żid miegħu l-margarine u ħaddem tajjeb sakemm it-taħlita tiġi qisha ramel.  Żifd il-melħ u erġa ħawwad.

3.     Żid l-ilma u għagen f’għaġina.   Ma tridx iżżid l-ilma f’ daqqa; għax jista jkun li jkollok bżonn anqas.  Dan jiddependi sew mid-dqiq kif ukoll mis-sħana li jkun hemm fil-kċina int u tagħmel l-għaġina.

4.     Għatti bl-istretch and seal u ħalliha toqgħod għal mhux anqas minn siegħa.  Jekk tkun ħafna sħana jew inkella l-kċina tkun sħuna trid tqiegħed l-għaġina fil-fridge.