Timball ta’ l-Ispagetti

http://farm3.static.flickr.com/2733/4332737726_2e23591a8f.jpg

Ingredjenti

400g spaghetti
150g kurrad
tewma
200g qarabagħli
300g irkotta
3 bajdiet
120g tadam
bżar u melħ
60g ġobon maħkuk Jekk jista jkun uża Grana Padano jew Parmiġġjan
żejt għal qali u biex tidlek il-forma

Metodu

1. Għalli l-għaġin f’ ħafna ilma bil-melħ. Żommu ftit wieqaf.

2. Qatta l-kurrad, tewm u l-qarabagħli fi slices. Għamel ftit żejt ġo taġen u meta jisħon qallihom. Meta jkunu saru neħħi mit-taġen u qiegħed ġo bieqja.

3. Żid l-ispagetti ma’ din it-taħlita. Ħawwad. Għaffeġ l-irkotta u żidha flimkien ma’ 2 bajdiet li tkun ħabbat qabel. Żid ukoll nofs il-ġobon. Roxx ftit bżar u melħ. Erġa ħawwad.

4. Qatta t-tadam f’biċċiet żgħar u żid mat-taħlita ta’ l-ispagetti. Trid tagħmel attenzjoni biex int u tħawwad l-għaġin ma tgħaffġux.

5. Idlek biż-żejt forma għal forn u imliha bit-taħlita ta’ l-ispagetti. Ħabbat il-bajda li baqa u ferrixha fil-wiċċ. Roxx il-bqija tal-ġobon.

6. Sajjar fil-forn għal madwar 40 minuta.

7. Halliha toqgħod għal ftit ħin. Oħroġ mill-forma u aqta f’porzjonijiet.

8. Servi sħuna.