Tris tal-ħut fil-forn |
|
Tris tfisser tlett affarijiet differenti. F’dan il-każ tfisser tlett tipi ta’ ħut differenti. Imma tista tfisser ukoll tlett tipi ta’ laħam jew frott jew ħelu differenti. Ingredjenti Salamun Metodu Fuq platt kbir qiegħed il-biċċiet tas-salamun u l-ħuta l-bajda. Il-biċċiet tal-ħut ma jridux ikunu kbar. Trid tagħmel attenzjoni kbira li ma jkollhomx xewk. Lesti dixx tal-forn fejn se ssajar il-ħut. Fil-qiegħ tad-dixx poġġi s-salamun fuqu l-ħuta l-bajda u l-aħħar il-gamblu mqaxxar. Fil-wiċċ roxx ftit bżar u melħ, meraq tal-lumi u żejt taż-żebbuġa. Sajjar fil-forn għal madwar 25 minuta. Servi bil-flieli tal-lumi. |