Kwareżimal |
|
Ingredjenti 250g lewż Metodu 1. Inkalja ftit il-lewż. Trid tagħmlu ħafna attenzjoni li ma jsixr ħafna, għax inkella barra milli jiġi kulur skur; jagħmel togħma morra. Il-kulur irid jiġi dehebi sabiħ. 2. Ħallih jiksaħ u wara idħan tajjeb. 3. Ġo bieqja kbira għarbel id-dqiq. Żid il-lewż, qoxra ta’ larinġa, iz-zokkor, l-ilma żahar u l-abjad tal-bajd. 4. Ħallat l-ingredjenti kollha sakemm it-taħlita tiġi qisha għaġina. Jekk tara li jkun hemm bżonn żid ftit ilma biex taqgħad. Triq tagħmel ħafna attenzjoni meta tkun qed iżżid l-ilma; għaliex din it-taħlita ma tridx tkun la iebsa ħafna u lanqas ratba żżejjed. 5. Għaġen tajjeb. 6. Xarrab ftit idejk u ħu biċċiet żgħar min din i-taħlita. Iffurmahom forma ta’ blalen. B’idejk iċċattja kull biċċa u agħtiha forma tawwalija u ħoxna. Trid tiġi qisha biċċa zalzett. 7. Iksi pjanċa tal-forn b’ karta tal-forn, u poġġi l-kwareżimal fuqha. 8. Ħallihom joqgħodu għal ftit ħin. Qabel ma ddaħħalhom fil-forn ħu sikkina bil-ponta u fil-wiċċ tagħhom għamel linji kontra xulxin b’mod li jiġu qishom kannizzata. 9. Sajjar f’forn moderat għal jaħraq għal madwar 20-25 minuta. 10. Trid tagħmel ħafna attenzjoni li ma ssajarx iżżejjed. Hawn ħafna li jagħmlu l-iżball li meta jaraw li l-kwareżimal ikun għadu artab iħalluħ fil-forn. DAN HUWA ŻBALL KBIR. Jekk tagħmel hekk u toħorġu l-kwareżimal mill-forn meta jkun iebes; tistgħu tibqgħu ċerti li meta jiksaħ ħadd ma jkun jista jieklu tant kemm ikun iebes. |