Krema għal-Mili tal-Flans |
|
Ingredjenti 600ml ħalib Metodu 1. F’ kazzola poġġi l-ħalib flimkien maz-zokkor u l-essenza tal-vanilla. Qiegħed fuq nar moderat. 2. F’ bieqja poġġi l-isfar tal- bajd u żid ftit ħalib. Żid il-cornflour u ħawwad tajjeb sakemm din tinħall. 3. Meta t-taħlita tal-ħalib tibda tagħli, baxxi n-nar u bil-mod ibda żid il-cornflour filwaqt li tħawwad il-ħin kollu. Triq tagħmel ħafna attenzjoni biex il-krema tiġi lixxa – dik lib l-Ingliż tissejjaħ ‘smooth’. 4. Poġġi din il-krema ġo l-forma ta’ l-għaġina msajra. Trid tħalli l-krema tiksaħ għal kollox qabel ma tqiegħed il-frott fil-wiċċ. NOTA Jekk trid tagħmel krema taċ-ċikkulata żid 40g trab taċ-ċikkulata -cocoa powder. |
