Gallettini Taljani għal-żmien ir-Randan

http://2.bp.blogspot.com/_46ZkR17jdko/SaUTGMdeuPI/AAAAAAAAA3g/095QifWghJ8/s400/biscotti+quaresima2.jpg

Ingredjenti

600g farina 00
240g zokkor
240g marġerina
3 uova
100g ħalib
10g ammonia tal-ħelu (doża)
qoxra maħkuka ta’ lumija
icing sugar

Metodu

Ġo bieqja żgħira dewweb l-ammonia fil-ħalib. Ħawwad sew.

Qiegħed l-ingredjenti kollha – minbarra d-dqiq – ġo bieqja kbira. Ħawwad tajjeb.

Għarbel id-dqiq u żidu mat-taħlita. Trid tħaddem tajjeb sakemm it-taħlita tiġi qisha għaġina lixxa.

Gerbeb l-għaġina ġo stretch and seal u poġġiha fil-friġġ għal mhux anqas minn sagħtejn.

Roxx ftit dqiq fuq il-mejda u għaġen għal ftit ħin l-għaġina. Ma tridx tgħaġen ħafna għax inkella tibbies. Għamilha forma ta’ romblu u aqta biċċiet żgħar daqs ta’ ġewża.

Ifforma dawn il-biċċiet f’forma ta’ gallettini u poġġihom fuq pjanċa tal-forn. Aħmi fil-forn 180°C Gass Numru 4-5 għal kwarta.

Meta jiksħu roxx fuqhom ftit icing sugar.