Torta ta’ San Valentinu |
|
Ingredjenti Għaġina ħelwa taċ-ċikkulata 430g dqiq plain Għall Mili 150g frak ta’ kejk Għall kisi container mascarpone (ġobon artab) Metodu Ġo skutella għarbel id-dqiq u t-trab taċ-ċikkulata. Trid tgħarbilhom għal aktar minn darba. Int u tgħarbel trid iżżomm il-passatur kemm tista ‘l fuq. Din biex iddaħħal kemm tista arja, int u tgħarbel. Żid il-margarine. Jekk se tuża l-mixer, biex tagħmel l-għaġina; allura trid tuża l-ganċ. Tista tagħmel din l-għaġina b’ idejk. Ħaddem sewwa bejn idejk il-margarine u d-dqiq, sakemm it-taħlita tiġi qisha ramel safrani. Ma tridx tibqa tidher il-margarine. Ġo bieqja żgħira ħallat il-bajda flimkien maz-zokkor. Ħallat sew. Żid din it-taħlita ma’ dik tad-dqiq u margarine. Ħallat sew u għaqqad biex itfforma għaġina. Hija mportanti ħafna li tħaddem biss għal ftit minuti. Jekk tkun qed tuża l-mixer naddaf tajjeb il-ganċ. Ifforma l-għaġina f’ forma ta’ ballun. Ma tridx iżżid dqiq. Poġġi l-għaġina f’ bieqja u għatti tajjeb b’ sarvetta mxarrba. Jekk qed tagħmel l-għaġina b’idejk; neħħi l-għaġina kollha li jkollok mas-swaba. Ifforma l-għaġina f’ forma ta’ ballun. Ma tridx iżżid dqiq. Poġġi l-għaġina f’ bieqja u għatti tajjeb b’ sarvetta mxarrba. Trid tħalli l-għaġina toqgħod mil-lanqas għal siegħa. Jekk ikollok il-kċina sħuna; allura trid tpoġġiha fil-fridge. Kif tipprepara t-torta Idlek forma tat-torti bi ftit margarine u roxx ftit dqiq. Ġo bieqja poġġi l-margarine u z-zokkor. Ħaddem tajjeb, jekk tista uża hand beater tal-elettriku. Ma’ din it-taħlita żid il-bajd, it-trab taċ-ċikkulata, ic-chocate chips u l-frak tal kejk. Ħawwad tajjeb. B’din it-taħlita imla l-forma san-nofs. Sajjar fil-forn b’ temperatura 1800C Gas Numru 4-5 għal madwar 40 minuta. Meta tkun żgur li t-torta hija kiesħa, xarrab tajjeb il-wiċċ b’xi liqueur taċ-ċikkulata jew bir-rum iswed. Ġo bieqja poġġi l-mascarpone flimkien maz-zokkor u l-krema. Dewweb iċ-ċikkulata “banju maria” u żidha mat-taħlita tal-mascarpone. Iksi l-wiċċ tat-torta b’din it taħlita. Kessaħ tajjeb għal madwar 4 siegħat. Żejjen il-wiċċ b’ħafna tipi ta’ ċikkulatini. Tista tħallihom bil-karta li jkunu mgeżwra biha, biex jagħtu aktar kulur lit-torta. Roxx ftit trab taċ-ċikkulata fil-wiċċ. |
