Prinjolata |
|
Il-Prinjolata hija l-ħelu tradizzjonali Malti għal żmien il-Karnival. Oriġinarjament il-prinjolata kienet issir bil-krema tal-butir (butter cream); u ir-raġuni prinċipali kienet li anki jekk ma ddaħħalx il-prinjolata fil-fridge din ma tiħżinix. Iż-żmien li jiġi ċċelebrat il-Karnival huwa meta t-temp ikun pjuttost kiesaħ u għalhekk il-butir jew il-margarine ma jdubux. Però għar-raġuni li din il-krema ftit li xejn ma hija tajba għas-saħħa, jiena qiegħed nagħmel tibdil fil-krema. Qed inżid ukoll, ġewż, lewż u prinjoli mat-taħlita ta’ ġewwa biex bihom it-tomgħa titjieb. Jekk tħarsu lejn il-prinjolati kummerċjali u li jinbiegħu bl-użin tinduna li lanqas krema ma jkun fihom; għax il-kulur tagħhom ikun ferm skur. Biex jagħmlu din il-prinjolata jħalltu dawk l-ingredjenit kollha li jkollhom żejda fid-dolċerija. Galettini ta’ l-Għaġina Ħelwa Ingredjenti 480g dqiq ‘plain’ Metodu 1. Ġo skutella għarbel id-dqiq. Trid tgħarblu għal aktar minn darba. Int u tgħarbel id-dqiq trid iżżomm il-passatur kemm tista ‘l fuq. Din biex iddaħħal kemm tista arja, int u tgħarbel. 2. Żid il-margarine. Jekk se tuża l-mixer, biex tagħmel l-għaġina; allura trid tuża l-ganċ. Tista tagħmel din l-għaġina b’ idejk. 3. Ħaddem sewwa bejn idejk il-margarine u d-dqiq, sakemm it-taħlita tiġi qisha ramel safrani. Ma tridx tibqa tidher il-margarine. 4. Ġo bieqja żgħira ħallat il-bajd flimkien maz-zokkor, il-qoxra ta’ lummija u l-essenza tal-vanilla. Ħallat sew. Żid din it-taħlita ma’ dik tad-dqiq u margarine. Ħallat sew u għaqqad biex itfforma għaġina. Hija mportanti ħafna li tħaddem biss għal ftit minuti. 5. Jekk tkun qed tuża l-mixer naddaf tajjeb il-ganċ. Ifforma l-għaġina f’ forma ta’ ballun. Ma tridx iżżid dqiq. Poġġi l-għaġina f’ bieqja u għatti tajjeb b’ sarvetta mxarrba. 6. Jekk qed tagħmel l-għaġina b’idejk; neħħi l-għaġina kollha li jkollok mas-swaba. Ifforma l-għaġina f’ forma ta’ ballun. Ma tridx iżżid dqiq. Poġġi l-għaġina f’ bieqja u għatti tajjeb b’ sarvetta mxarrba. 7. Trid tħalli l-għaġina toqgħod mil-lanqas għal siegħa. Jekk jkollok il-kċina sħuna; allura trid tpoġġiha fil-fridge. 8. Neħħi l-għaġina mil-bieqja u poġġiha fuq il-mejda. Aqta biċċa minnha u għamilha f’forma ta’ zalzetta. Aqta l-għaġina f’forma ta’ gallettini żgħar. 9. Poġġihom fuq dixx tal-forn u sajjar f’forn moderat sakemm isiru. Ma jridx jiġu skuri. Neħħi mid-dixx u ħallihom jiksħu tajjeb. Krema Pastiċċjera Ngħid il-verità l-aħjar ħaġa hi li tużaw krema pastiċċjera tat-trab u żżidilha ilma jew ħalib. Ir-riżultat ikun tajjeb żgur u hija faċli ħafna biex tagħmilha. Jekk qed tuża din il-krema wara li tkun lestejtha żid il-krema friska u kompli ħawwad. JGħal min irid jagħmilha hu, din hija r-riċetta. Ingredjenti 600ml ħalib Metodu 1. Ġo kazzola qiegħed il-ħalib flimkien mal-essenza tal-vanilla u z-zokkor. Trid tħalli ftit ħalib biex tħalltu mal-cornflour. Poġġi l-kazzola fuq nar moderat sakemm il-ħalib jiftaħ jagħli. 2. Ġo bieqja għamel il-ħalib li tkun ħallejt flimkien mal-isfar tal-bajd u l-cornflour. Ħawwad tajjeb biex il-cornflour tinħall. 3. Meta l-halib jiftaħ jagħli, baxxi n-nar u żid il-cornflour. Kompli sajjar sakemm it-taħlita taqgħad. Trid tħawwad il-ħin kollu. 4. Meta t-taħlita taqgħad neħħi minn fuq in-nar. L-aħjar ħaġa hi li xxerred il-krema fuq mejda jew anki biċċa rħama, sakemm tiksaħ. Minn ħin għal ieħor trid tħaddimha u tqallibha. 5. Meta tkun kesħet għal kollox poġġiha fil-mixer u ħaddem sewwa. Żid il-krema, u kompli ħawwad sakemm t-taħlita tiġi ħaġa waħda. Xkuma Taljana Sabiex l-ixkuma ddum fuq il-prinjolata, mingħajr ma titħassar jkun hemm bżonn ta’ tip ta’ xkuma differenti minn dik li mdorrijin nagħmlu. Dan għaliex l-ixkuma normali fi ftit siegħat tinżel u ma tibqax soda. Għalhekk trid tagħmel din l-ixkuma Taljana. Biex tagħmel din l-ixkuma tkun ħaġa tajba li jkollok termometru tal-ħelu. Ingredjenti 150g abjad tal bajd Metodu 1. Poġġi l-ilma, iz-zokkor u l-cream of tartar ġo kazzola. Saħħan fuq in-nar sakemm it-taħlita tisħon għal madwar 2400F (1180C). 2. Ġo bieqja qiegħed l-abjad tal bajd u ħaddmu sakemm jikber u jiġi rawa. 3. Kif it-taħlita taz-zokkor tkun għada taħraq, bil-mod ħafna trid iżżidha mal-abjad tal-bajd u kompli ħaddem sakemm it-taħlita taqgħad u tiġi xkuma sabiħa u wieqfa. Kif Tibni il-Prinjolata Ingredjenti galettini magħmulin mill-għaġina ħelwa Metodu 1. Warrab ftit ċirasa, lewż, ġewż u l-prinjoli bojod biex iżżejjen. 2. Qiegħed il-galettini ġo bieqja. Xarrabhom bix-xorb. 3. Magħhom żid il-krema, ġewż, lewż, prinjoli nkaljati u ċ-ċirasa. Ħawwad tajjeb. 4. Ħu bieqja mdaqqsa jew tnejn żgħar. Iksihom bl-stretch and seal. 5. Imla l-bwieqi b’ din it-taħlita. Għatti sewwa bl- stretch and seal. Għafas it-taħlita l-isfel u poġġiha fil-fridge għal mhux anqas minn siegħa jew tnejn. 6. Oħrog il-prinjolata mill-bieqja u poġġiha fuq platt ċatt. Neħħi li-stretch and seal. 7. Dewweb iċ-ċikkulata “banju maria”. Jew fil microwave 8. Iksi l-prinjolata bl-ixkuma u żejjen biċ-ċikkulata maħlulha, ċirasa, prinjoli bojod u pistaċċi. Meta ċ-ċikkulata tiksaħ tibbies u tifforma dawk l-istrixxi li jagħmlu tant sabiħ fuq il-prinjolata. |
