9 ta’ Dicembru – Torta Tat–Tamal u L-Pecan Nuts |
|
Din hija torta li ma tissajjarx; ħlief għal forma ta’ l-għaġina. Ingredjenti Forma ta’ l-għaġina baked blind. L-għaġina l-aħjar li tkun frolla (shortcrust) 400g tamal taċ-ċappa 3 grokkijiet Anisette 70g ġewż imqatta biċċiet qoxra ta’ mandolina pecan nuts Metodu Qatta t-tamal f’ biċċiet żgħar u poġġi ġo kazzola. Żid ftit ilma u saħħan għal ftit ħin fuq nar moderat sakemm it-tamal jibda jinħall. Trid toqgħod ħafna attenta li ma tħallix it-tamal idub kollu. Żid il-ġewż, anisette u l-qoxra tal-mandolina. Neħħi minn fuq in-nar u qiegħed ġo bieqja. Ħawwad tajjeb. B’ din it taħlita imla l-forma ta’ l-għaġina. Kemm tista illixxa l-wiċċ. Żejjen ix-xifer bil-pecan nuts. |