GĦAĠINA ĦELWA
Ingredjenti
- 360g dqiq plain
- 225g margarine
- 90g zokkor
- qoxra ta’ lummija
- 66g bajd (waħda u nofs)
Nota: Jekk trid tagħmel għaġina taċ-ċikkulata, neħħi 50g dqiq u żid 50g trab taċ-ċikkulata.
Metodu
- F’bieqja għarbel id-dqiq. Żid il-margarine u ħaddem flimkien id-dqiq u l- margarine; sakemm it-taħlita tiġi qisha ramel.
- Żid il-qoxra tal-lummija u ħawwad sewwa.
- F’bieqja oħra ofsoq il-bajd u żid miegħu iz-zokkor. B’whisk ħabbat flimkien il-bajd maz-zokkor.
- Ftit, ftit ibda żid din it-taħlita mat-taħlita tad-dqiq. Int u żżid trid tibda tgħaġen. Kompli sejra hekk sakemm tkun użajt it-taħlita tal-bajd kollha.
- Kompli għaġen sakemm tara li l-għaġina tisha lixxa.
- Naddaf idejk. Dawwar l-għaġina fi cling film u ħalliha toqgħod għal mill-anqas siegħa.
- Jekk il-kċina tkun sħuna ħafna l-aħjar ħaġa hu li tpoġġi l-għaġina fil-fridge.
LEMON MERINGUE PIE
Ingredjenti
- Pasta frolla ħelwa (Shortcrust pastry)
- Għall-mili
- 120g zokkor
- 150g ilma
- 22g cornflour
- 30g margarine
- 2 isfra tal bajd
- lummija kbira
- Għall-ixkuma
- 2 abjad tal bajd
- 40g zokkor
Metodu
- Għasar il-lummija u ħokk ftit mil-qoxra. Trid tagħmel attenzjoni biex ma tħokkx il-ħliefa għax inkella t-taħlita tiġi morra.
- F’kazzola għalli l-ilma u zokkor. Baxxi n-nar.
- F’bieqja żgħra dewweb il-cornflour fi ftit ilma u żidha fuq lit-taħlita ta’ ilma u zokkor. Ħawwad sewwa u itfi n-nar.
- Ferra din it-taħlita ġo bieqja. Ma’ din it-taħlita żid il-meraq u l-qoxra tal-lummija. Żid il-margarine u l-isfar tal bajd. Ħawwad tajjeb. Ħalli din it-taħlita fil-ġenb.
- Sadanittant iftaħ l-għaġina u biha iksi dixx tat-torti. B’furketta taqqab l-għaġina. Fil-wiċċ ta’ l-għaġina għamel biċċa karta tal-forn (baking paper). Fuq din il-karta trid tagħmel fażola niexfa. Dan għaliex biex din tagħmel it-toqol fuq l-għaġina u b’hekk l-għaġina ma tintefaħx.
- Sajjar din l-għaġina baked blind.
- Meta tkun lesta imla din l-għaġina bit taħlita u ħalliha tiksaħ.
- F’bieqja poġġi l-abjad tal bajd. Żid iz zokkor u jekk jista jkun uża beater tal-elettriku biex tagħmel xkuma tajba.
- Ifrex l-ixkuma fuq il-wiċċ tat-torta. Trid twassal l-ixkuma sax-xfar biex it-taħlita tal-lumi tkun mgħottija kollha.
- Daħħal ftit fil-forn sakemm l-ixkuma ssir ħamra sabiħa.
BAKEWELL TART
Ingredjenti
- Pasta frolla ħelwa (Shortcrust pastry)
- Għall-mili
- 120g zokkor
- 120g margarine
- 120g bajd
- 120g intrita
- 8g dqiq
- qoxra ta’ lummija maħkuka
- essenza tal-vanilja u tal-lewż
- ftit lewż imqatta kbir
- ftit ċirasa maqsuma minn nofs
- ftit jam tal-frawli jew tal-berquq
Metodu
- F’bieqja ħaddem tajjeb iz-zokkor u l-margarine sakemm jiġu krema.
- Ma’ din it-taħlita żid il-bajd, l-intrita, il-qoxra ta’ lummija maħkuka u l-essenzi. Trida tagħmel ħafna attenzjoni għax jekk tagħmel iżżejjed it-taħlita tiġi morra. Min ikun irid jista jżid xi ftit lewz imqatta kbir u ftit ċirasa. Ħawwad tajjeb.
- Sadanittant iftaħ l-għaġina u biha iksi dixx tat-torti. B’furketta taqqab l-għaġina. Idlek bil-jam u ifrex it taħlita fuq l-għaġina.
- Irranġa x-xfarijiet.
- Bil-biċċiet ta’ l-għaġina li jkun baqa, qata strixxi twal. B’dawn l-istrixxi għamel forma ta’ kannizzata fil-wiċċ tat-taħlita. Idlek dawn l-istrixxi jew bi ftit bajd imħabbat jew bi ftit ħalib.
- Sajjar għal madwar 50 minuta ġo forn moderat.
- Din hija torta li meta tiksaħ tkun itjeb.
|