Programm 1 – 7 ta’ Ottubru 2009 – Pâté tal-fwied tat-tiġieġ |
|
INGREDJENTI 500g fwied tat-tiġieġ 200g basal 3 bajdiet iebsin werqa randa sagħatar sherry bżar u melħ METODU 1. Saħħan ftit margarine jew żejt. Qalli l-basla, trid tagħmel ħafna attenzjoni biex il-basla tibqa bajda. 2. Żid il-fwied u żewż grokkijiet sherry, bżar u melħ. Kompli qalli. Żid ir randa u s-sagħtar. 3. Meta l-fwied ikun sar ħalli it-taħlita toqgħod għal madwar siegħa. 4. Poġġi kollox ġo food processor u żid il-bajd. Il-bajd nużawhom biex inneħħu xi ftit it-tomgħa morra tal-fwied. 5. Servi l-pâté kiesaħ jew sħun mat-toast jew galletti. |